Saħħa |
|
Ħakk u tisfija fit-tarf tal-musrana
Il-kura
L-għan ewlieni tal-kura ta’ din il-kundizzjoni huwa li l-pazjent ma jkollux sintomi u mhux li l-parti konċernata tidher sewwa. Per eżempju, murliti jidhru iżda bla importanza u fastidju ma jkollhomx bżonn kura. Boroż tal-ġilda li ma jtellfux iż-żamma tal-iġene tal-post ma hemmx għalfejn jitneħħew. Il-kura trid tkun adattata skond is-serjetà tal-kundizzjoni jew il-grad ta’ mard. Il-ħjiel li tajna aktar ’il fuq, fuq l-ikel huwa dejjem lanqas li jista’ jsir bħala prevenzjoni biex ma jkunx hemm attakki oħra.
Il-murliti
Qalb kull kura għall-murliti hemm bżonn li neskludu l-possibiltà ta’ kanċer jew xi felula tal-musrana. Mhux sewwa li tinbeda kura qabel ma l-problema tkun eżaminata sewwa minn tabib li jkun ċert li din ġejja verament mill-murliti. Huwa għalhekk ħażin ħafna li napplikaw ingredjenti li jgħaddilna xi ħadd ħabib jew tal-familja jew saħansitra l-ispiżjar, jew agħar minn hekk li jkun reklamat fuq il-medja. Infatti wara ftit ġranet, l-aktar ġimgħat, jekk il-kura ma jkollhiex suċċess, allura jkun hemm bżonn koloposkopija – tiċrita fil-musrana.
Il-kura tiddependi fuq il-grad tal-murliti. L-ewwel grad meta jidhru fuq barra. Dan kull ma jkollhom bżonn huwa regolarità fil-purgar, xi ingwent jew infezzjoni fihom jew kura bil-friża.
It-tieni grad fejn il-murliti jidħlu waħidhom kull ma jkun hemm bżonn huwa ingwent u forsi jintrabtu b’ċirku tal-lasktu. Dan il-metodu jgħodd għal dawk li ma jidħlux waħidhom u fl-aħħar ikun hemm bżonn ta’ operazzjoni biex jitneħħew, speċjalment fil-każ ta’ murliti li jkun hemm regolarità fl-ippurgar hija l-aktar parti importanti fil-kura jew fil-prevenzjoni.
|
Il-kura tal-post
Insibu żewġ tipi ta’ suppożitorji u ingwentijiet dawk bl-isteroids u dawk mingħajrhom. Barra l-effett speċifiku bħala lubrikant, l-effett tagħhom jista’ jiżdied biż-żieda ta’ ċerti ingredjenti oħra. Fost dawn insibu loppju, mediċini li jnixxfu, oħrajn li jipproteġu l-ġilda u l-inforra tal-musrana, prodotti naturali iżda li jnaqqsu l-uġigħ u oħrajn kontra l-ħakk. Sfortunatament insibu tliet kategoriji ta’ sustanzi li m’għandhom l-ebda effett jew saħansitra perikolużi. Dawn huma sustanzi li jħeġġu l-fejqan tal-ferita u antisettiċi oħra u dawk li jaffettwaw in-nervituri u għaldaqstant ma għandhomx ikunu użati kif ġie ġie, speċjalment f’każi ta’ murliti fit-tqala. L-ingwentijiet bl-isteroids jistgħu huma stess jagħmlu ħsara lill-ġilda u jikkawżaw infjammazzjoni tal-ġilda madwar it-toqba. Kull ingwent u suppożitorju kontra l-murliti għandu jkun applikat fil-kanal għaliex biex ikun effettiv iridu jibqgħu fil-post għal mill-anqas 30 minuta u ma jinbeżqux aktar kimiċi.
Kura bis-sħana jew infezzjoni
Teżisti kura bis-sħana iżda din mhix daqstant ta’ suċċess. Mill-banda l-oħra l-injezzjoni li tnixxef il-murliti li jnixxu d-demm tista’ tintuża iżda jista’ jkollha xi effetti ħżiena. Din ma tistax tintuża fit-tqala jew f’ċerti mard fejn ikun hemm infezzjonijiet jew xi difetti fid-demm meta jiġi biex jagħqad.
Kura bil-friża permezz ta’ biċċa apparat apposta li titpoġġa fil-friża, għandha effetti tajbin. Din tista’ tkun applikata għal ħames minuti darbtejn kuljum biss. Din tneħħi l-uġigħ, il-ħakk u l-konġestjoni. Din it-tip ta’ kura ma tistax issir waqt il-period, fl-AIDS u ċerti mard ieħor.
L-operazzjoni
Din tista’ tkun ta’ żewġ tipi. Jew dik li jintrabtu permezz ta’ ċirku tal-lasktu mlibbes fuq il-murlita li wara tinxef u taqa'’. F’każi gravi jsir l-qtugħ tal-murliti. Hawn ta’ min ifakkar li din l-operazzjoni mhux xi garanzija li ma jerġgħax ikun hemm attakki oħra. Dan għaliex peress li hemm tliet gruppi ta’ murliti, jista’ jkun li wara li jitneħħa grupp jitfaċċa ieħor.
Il-fissure fil-kanal
Il-fejqan ta’ dik akuta fejn ikun hemm uġigħ, u demm wara l-ippurgar huwa akbar minn f’dawk il-każi kroniċi fejn ikun hemm infezzjoni, ilsna tal-ġilda. Suppożitorji jew ingwent jista’ jgħin inaqqas is-sintomi. Dawk bil-loppju jistgħu jikkawżaw xi allerġiji wara użu fit-tul, għalkemm jevitaw l-uġigħ waqt l-ippurgar. Jeżistu żewġ tipi ta’ operazzjonijiet jekk dawn il-miżuri ma jirnexxux.
Il-fistula
Il-fjammazzjoni madwar it-toqba tfiq meta l-fistula tisparixxi wara operazzjoni. Mill-banda l-oħra jekk l-operazzjoni ma tirnexxix jista’ jkun hemm inkontinenza, bir-riżultat li l-infjammazzjoni tikber.
Inżul tal-fundament
Biex jirranġa din il-kundizzjoni trid bilfors operazzjoni biex tittella’ l-musrana ’l fuq u tintrabat fuq ġewwa taż-żaqq, speċjalment jekk dan jiġri aktar minn darba.
Il-proctite
Infjammazzjoni tal-ġilda madwar it-toqba ma tfiqx jekk il-mard tal-musrana ma jitfejjaqx. Jekk l-infjammazzjoni tkun fl--aħħar 15ċm tal-musrana. Suppożitorji u ingwent huma biżżejjed. Fejn l-infjammazzjoni testendi aktar ’il fuq, allura jkun hemm bżonn ta’ kura permezz ta’ mediċini li jittieħdu mill-ħalq.
Meta jiskappa l-ippurgar
L--aktar kawża komuni hawnhekk hija tiċrita fil-mekkaniżmu li jżomm it-toqba magħluqa jew xi ħsara fin-nerv jew xjuħija tal-muskoli tal-qiegħ, l-aktar fin-nisa anzjani. Hawn jista’ jsir taħriġ biex terġa’ jissaħħaħ il-mekkaniżmu l-aktar fejn jiċċarrat waqt il-ħlas. L-użu ta’ ingwent biex jipproteġi l-ġilda u mediċini biex iħaxxnu l-ippurgar jgħin inaqqas l-irritazzjoni. Fejn ma jinkisibx suċċess ikun hemm bżonn ta’ l-operazzjoni tal-borża.
Mard li jittieħed mis-sess
Felul li jifforma jista’ jinħaraq permezz ta’ ingwent jew bin-nar jew bil-laser li huwa aktar mgħaġġel u jilħaq arja akbar, barra li ma għandux bżonn ta’ loppju.
Fl-aħħar irridu niftakru li l-ħakk u irritazzjoni mingħajr kawża fil-ġisem jista’ jkun effett ta’ stress minħabba problemi tal-ħajja. F’każ li l-ħakk ikun aktar bil-lejl milli bi nhar, wieħed irid jaħseb ukoll f’xi dud. Għalhekk l-eżami tat-tabib, bħal ma għidna aktar ’l fuq huwa neċessarjament u qatt ma għandna napplikaw xi tip ta’ kura mingħajr il-parir tat-tabib u ħadd aktar.
|
|